Salvagwardji xierqa
Fejn jgħid hekk it-test
- Artikolu 46(1)
Fin-nuqqas ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 45(3), kontrollur jew proċessur jista' jittrasferixxi data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali biss jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ipprovda salvagwardji xierqa, u bil-kondizzjoni li jkunu disponibbli drittijiet infurzabbli tas-suġġett tad- data u rimedji legali effettivi għas-suġġetti tad- data.
- Artikolu 46(2)
jistgħu jkunu previsti, mingħajr ma jkun jinħtieġ ebda awtorizzazzjoni speċifika minn awtorità superviżorja, permezz ta'
- Artikolu 46(2)(a)
strument legalment vinkolanti u infurzabbli bejn awtoritajiet jew korpi pubbliċi
- Artikolu 46(2)(b)
regoli korporattivi vinkolanti f'konformità mal-Artikolu 47
- Artikolu 46(2)(c)
klawżoli standard ta' protezzjoni tad- data adottati mill-Kummissjoni
- Artikolu 46(2)(d)
klawżoli standard ta' protezzjoni tad- data adottati minn awtorità superviżorja u approvati mill-Kummissjoni
- Artikolu 46(2)(e)
kodiċi ta' kondotta approvat skont l-Artikolu 40 flimkien ma' impenji vinkolanti u infurzabbli tal-kontrollur jew il-proċessur fil-pajjiż terz biex jiġu applikati s-salvagwardji xierqa, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġetti tad- data
- Artikolu 46(2)(f)
mekkaniżmu approvat ta' ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 42 flimkien ma' impenji vinkolanti u infurzabbli tal-kontrollur jew il-proċessur fil-pajjiż terz biex jiġu applikati s-salvagwardji xierqa, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġetti tad- data
- Artikolu 46(3)
Soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-awtorità superviżorja kompetenti, is-salvagwardji xierqa msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu wkoll jiġu previsti, B'mod partikolari permezz ta'
- Artikolu 46(3)(a)
klawżoli kuntrattwali bejn il-kontrollur jew il-proċessur u l-kontrollur, il-proċessur jew ir-riċevitur tad- data personali fil-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali
- Artikolu 46(3)(b)
dispożizzjonijiet li għandhom jiddaħħlu f'arranġamenti amministrattivi bejn l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi li jinkludu drittijiet infurzabbli u effettivi tas-suġġett tad- data
- Artikolu 46(4)
L-awtorità superviżorja għandha tapplika l-mekkaniżmu ta' konsistenza msemmi fl-Artikolu 63 fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
- Artikolu 47(1)
L-awtorità superviżorja kompetenti għandha tapprova regoli korporattivi vinkolanti f'konformità mal-mekkaniżmu ta' konsistenza stabbilita fl-Artikolu 63, dment li dawn
- Artikolu 47(1)(a)
ikunu legalment vinkolanti u japplikaw għal, u jkunu infurzati minn, kull membru kkonċernat tal-grupp ta' impriżi, jew il-grupp ta' intrapriżi involuti f'attività ekonomika konġunta, inklużi l-impjegati tagħhom
- Artikolu 47(1)(b)
espressament jikkonferixxu drittijiet infurzabbli lis-suġġetti tad- data fir-rigward tal-ipproċessar tad- data personali tagħhom
- Artikolu 47(1)(c)
jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2
- Artikolu 47(2)
Ir-regoli korporattivi vinkolanti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw tal-anqas