Premessa 15
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 15kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(15) |
Sabiex il-ħolqien ta' riskju serju ta' ċirkomvenzjoni jiġi preventit, il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi għandha tkun teknoloġikament newtrali u ma għandhiex tistrieħ fuq it-tekniki użati. Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi għandha tapplika għall-ipproċessar tad-data personali b'mezzi awtomatizzati kif ukoll għall-ipproċessar manwali, jekk id-data personali titqiegħed jew tkun maħsuba biex titqiegħed f'sistema ta' arkivjar. Il-fajls jew settijiet ta' fajls, kif ukoll il-qoxra ta' barra tagħhom, li ma jkunux strutturati skont kriterji speċifiċi, m'għandhomx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |