Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Premessa 171

Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha

Iftaħ fir-Reader

It-test tal-Premessa 171kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016

(171)

Id-Direttiva 95/46/KE għandha titħassar minn dan ir-Regolament. L-ipproċessar li diġà jkun qed isir fid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jsir konformi ma' dan ir-Regolament fi żmien sentejn wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens skont id-Direttiva 95/46/KE, mhux meħtieġ li s-suġġett tad-data jagħti l-kunsens tiegħu mill-ġdid jekk il-mod li ngħata l-kunsens huwa f'konformità mal-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, sabiex jippermetti lill-kontrollur ikompli tali pproċessar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni u l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji bbażati fuq id-Direttiva 95/46/KE jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu emendati, mibdula jew imħassrai.

Jispjega

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…