Premessa 30
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 30kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(30) |
Il-persuni fiżiċi jistgħu jiġu assoċjati ma' identifikaturi online ipprovduti mill-apparat, l-applikazzjonijiet, l-għodod u l-protokolli tagħhom, bħal indirizzi tal-protokoll tal-internet, identifikaturi tal-cookies jew identifikaturi oħrajn bħal tags tal-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju. Dan jista' jħalli traċċi li, b'mod partikolari flimkien ma' identifikaturi uniċi u informazzjoni oħra li jirċievu s-servers, jistgħu jintużaw sabiex joħolqu profili tal-persuni fiżiċi u jidentifikawhom. |