Premessa 32
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 32kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(32) |
Il-kunsens għandu jingħata b'att affermattiv ċar li jistabbilixxi indikazzjoni mogħtija liberament, speċifika, infurmata u mhux ambigwa tal-qbil tas-suġġett tad-data li huwa jaqbel li tiġi pproċessata data personali b'rabta miegħu, pereżempju b'dikjarazzjoni bil-miktub, inkluż b'mod elettroniku, jew bil-fomm. Dan jista' jinkludi l-immarkar ta' kaxxa meta jżur sit elettroniku tal-internet, l-għażla ta' settings tekniċi għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jew xi dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f'dan il-kuntest jindikaw b'mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-data tal-ipproċessar propost tad-data personali tiegħu. Is-silenzju, kaxxi mmarkati minn qabel jew in-nuqqas ta' attività għaldaqstant ma għandhomx jitqiesu bħala kunsens. Il-kunsens għandu jkopri l-attivitajiet tal-ipproċessar kollha li jsiru għall-istess fini jew finijiet. Meta l-ipproċessar ikollu diversi finijiet, għandu jingħata kunsens għalihom kollha. Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-data jkollu jingħata wara talba b'mod elettroniku, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u li ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li tkun qed tiġi pprovduta għalih. |