Dritt ta’ oġġezzjoni
Grafika ta' Eureka
Fejn jgħid hekk it-test
- Artikolu 21(1)
Is-suġġett tad- data għandu d-dritt li joġġezzjona, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, fi kwalunkwe mument għall-ipproċessar ta' data personali li tikkonċerna lilu li hija bbażata fuq il-punt (e) jew (f) tal-Artikolu 6(1), inkluż it-tfassil ta' profili abbażi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.
Il-kontrollur ma għandux jibqa' jipproċessa d- data personali sakemm il-kontrollur ma jagħtix raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad- data jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali.
- Artikolu 21(2)
Fejn tiġi pproċessata data personali għal għanijiet diretti ta' kummerċjalizzazzjoni, is-suġġett tad- data għandu d-dritt li joġġezzjona fi kwalunkwe mument għall-ipproċessar tad- data personali li tikkonċernah għal tali kummerċjalizzazzjoni, li tinkludi t-tfassil tal-profili sa fejn huwa marbut ma' tali kummerċjalizzazzjoni diretta.
- Artikolu 21(3)
Fejn is-suġġett tad- data joġġezzjona għall-ipproċessar għal għanijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta, id- data personali ma għandhiex tibqa' tiġi pproċessata għal tali għanijiet.
- Artikolu 21(4)
Mhux aktar tard mill-mument tal-ewwel komunikazzjoni mas-suġġett tad- data, id-dritt imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jinġieb għall-attenzjoni tas-suġġett tad- data b'mod espliċitu u għandu jiġi ppreżentat b'mod ċar u separatament minn kwalunkwe informazzjoni oħra.
- Artikolu 21(6)
Fejn tiġi pproċessata data personali għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika skont l-Artikolu 89(1), is-suġġett tad- data, għal raġunijiet marbutin mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, għandu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar tad- data personali li tikkonċernah, sakemm l-ipproċessar ma jkunx neċessarju għall-prestazzjoni ta' kompitu mwettaq għal raġunijiet ta' interess pubbliku.