Premessa 1
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 1kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(1) |
Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali hija dritt fundamentali. L-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”) u l-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li kull persuna għandha dritt għall-protezzjoni tad-data personali li tirrigwardaha. |