Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu I Artikolu 1

Artikolu 1 · Suġġett u objettivi

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u regoli dwar il-moviment liberu ta’ data personali. Huwa jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom, b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali. Il-moviment liberu ta’ data personali fl-Unjoni la jista’ jiġi ristrett u lanqas projbit għal raġunijiet marbuta ma’ dik il-protezzjoni.

It-test tal-Artikolu 1verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 1

Suġġett u objettivi

1.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli relatati mal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u regoli relatati mal-moviment liberu tad-data personali.
2.
Dan ir-Regolament jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni ta' data personali.
3.
Il-moviment liberu tad-data personali fl-Unjoni għandu jkun la ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet marbutin mal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

• Premessa 1 Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali hija dritt fundamentali…
• Premessa 2 Il-prinċipji ta', u r-regoli dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data…
• Premessa 12 L-Artikolu 16(2) tat-TFUE jagħti mandat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jistabbilixxu r-regoli…
• Premessa 13 Sabiex ikun żgurat livell konsistenti ta' protezzjoni għall-persuni fiżiċi fl-Unjoni kollha u sabiex ma jkunx…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…