Premessa 105
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 105kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(105) |
Minbarra l-impenji internazzjonali li jkun daħal għalihom il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-obbligi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali f'sistemi multilaterali jew reġjonali b'mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' dawn l-obbligi. B'mod partikolari, għandu jittieħed kont tal-adeżjoni ta' pajjiż terz għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali u l-Protokoll Addizzjonali tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Bord meta tivvaluta l-livell ta' protezzjoni f'pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. |