Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Premessa 106

Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha

Iftaħ fir-Reader

It-test tal-Premessa 106kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016

(106)

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament ta' deċiżjonijiet fil-livell tal-protezzjoni f'pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat f'pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, u tissorvelja l-funzjonament ta' deċiżjonijiet adottati abbażi tal-Artikolu 25(6) jew l-Artikolu 26 (4) tad-Direttiva 95/46/KE. Fid-deċiżjonijiet ta' adegwatezza tagħha, il-Kummissjoni għandha tipprovdi mekkaniżmu ta' rieżami perjodiku tal-funzjonament tagħhom. Dak ir-rieżami perjodiku għandu jitwettaq b'konsultazzjoni mal-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni u jieħu kont tal-iżviluppi rilevanti kollha fil-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali. Għall-iskopijiet ta' monitoraġġ u twettiq tar-rieżamijiet perjodiċi, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet u l-konklużjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ta' korpi rilevanti u sorsi oħra. Il-Kummissjoni għandha tevalwa, fi żmien raġonevoli, il-funzjonament ta' dawn id-deċiżjonijiet tal-aħħar u tirrapporta kwalunkwe konklużjoni rilevanti lill-Kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) kif stabbilit taħt dan ir-Regolament, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jispjega

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…