Premessa 125
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 125kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(125) |
L-awtorità ewlenija għandu jkollha l-kompetenza li tadotta deċiżjonijiet vinkolanti dwar miżuri li japplikaw is-setgħat mogħtija lilha f'konformità ma' dan ir-Regolament. Fil-kapaċità tagħha bħala awtorità ewlenija, l-awtorità superviżorja għandha tinvolvi l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati mill-qrib u tikkoordinahom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Fejn id-deċiżjoni tkun li l-ilment tas-suġġett tad-data jinċaħad kompletament jew parzjalment, dik id-deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-awtorità superviżorja li magħha jkun sar l-ilment. |