Premessa 126
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 126kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(126) |
Id-deċiżjoni għandha tiġi maqbula b'mod konġunt mill-awtorità superviżorja ewlenija u l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u għandha tiġi diretta lejn l-istabbiliment ewlieni jew uniku tal-kontrollur jew il-proċessur u għandha torbot lill-kontrollur u lill-proċessur. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi nnotifikata mill-awtorità superviżorja ewlenija lill-istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew il-proċessur fir-rigward tal-attivitajiet ta' pproċessar fl-Unjoni. |