Premessa 18
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 18kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(18) |
Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta' data personali minn persuna fiżika matul attività purament personali jew fid-dar u għalhekk mingħajr ebda rabta ma' attività professjonali jew kummerċjali. L-attivitajiet personali jew fid-dar jistgħu jinkludu korrispondenza u ż-żamma ta' indirizzi, jew netwerking soċjali u attività online imwettqa fil-kuntest ta' tali attivitajiet. Madankollu, dan ir-Regolament japplika għal kontrolluri jew proċessuri li jipprovdu l-mezzi għall-ipproċessar tad-data personali għal tali attivitajiet personali jew fid-dar. |