Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Premessa 17

Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha

Iftaħ fir-Reader

It-test tal-Premessa 17kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016

(17)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u atti legali oħrajn tal-Unjoni applikabbli għal tali pproċessar tad-data personali għandhom jiġu adattati għall-prinċipji u r-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u applikati fid-dawl ta' dan ir-Regolament. Sabiex ikun hemm qafas b'saħħtu u koerenti għall-protezzjoni tad-data fl-Unjoni, l-adattamenti meħtieġa tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom jiġu wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, biex ikun hemm applikazzjoni fl-istess ħin bħal dan ir-Regolament.

Jispjega

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…