Kapitolu XI Artikolu 98
Artikolu 98 · Rieżami ta' atti legali oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tippreżenta proposti leġiżlattivi biex jiġu emendati atti legali oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, sabiex tiġi żgurata protezzjoni uniformi u konsistenti tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar. Dan jikkonċerna b’mod partikolari r-regoli dwar l-ipproċessar mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data.
It-test tal-Artikolu 98verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 98
Rieżami ta' atti legali oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data
Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tissottometti proposti leġiżlattivi bil-ħsieb li jiġu emendati atti legali oħra tal-Unjoni għall-protezzjoni ta' data personali, sabiex tiġi żgurata protezzjoni uniformi u konsistenti ta' persuni fiżiċi individwi fir-rigward tal-ipproċessar. Dan għandu jikkonċerna b'mod partikolari r-regoli relatati mal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 17 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) japplika għall-ipproċessar ta' data…
- Premessa 173 Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-drittijiet u…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)