Kapitolu XI Artikolu 97
Artikolu 97 · Rapporti tal-Kummissjoni
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Sal-25 ta’ Mejju 2020 u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami tar-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill; ir-rapporti jsiru pubbliċi.
Hija għandha teżamina b’mod partikolari l-applikazzjoni u l-funzjonament tal-Kapitolu V, b’attenzjoni partikolari għad-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 45(3) u skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE, u tal-Kapitolu VII dwar il-kooperazzjoni u l-konsistenza.
Hija tista’ titlob informazzjoni mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet superviżorji u għandha, jekk meħtieġ, tippreżenta proposti xierqa biex jiġi emendat ir-Regolament.
It-test tal-Artikolu 97verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 97
Rapporti tal-Kummissjoni
Fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u r-rieżamijiet msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha teżamina, b'mod partikolari, l-applikazzjoni u l-funzjonament ta':
il-Kapitolu V dwar it-trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali b'mod partikolari fir-rigward ta' deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 45(3) ta' dan ir-Regolament u deċiżjonijiet adottati abbażi tal-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE;
il-Kapitolu VII dwar kooperazzjoni u konsistenza.
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
awtorità superviżorja

(21)

“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

Article 4, point (21)
organizzazzjoni internazzjonali

(26)

“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni u l-korpi subordinati tagħha rregolati mid-dritt internazzjonali pubbliku jew kwalunkwe korp ieħor li jiġi stabbilit bi ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar, jew abbażi tiegħu.

Article 4, point (26)