Premessa 67
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 67kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(67) |
Il-metodi li li bihom jiġi ristrett l-ipproċessar ta' data personali jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, it-trasferiment temporanju tad-data magħżula għal sistema tal-ipproċessar oħra,li d-data personali magħżula ma tkunx disponibbli għall-utenti jew li data ppubblikata titneħħa temporanjament minn sit elettroniku. F'sistemi tal-arkivjar awtomatizzati, ir-restrizzjoni tal-ipproċessar għandha fil-prinċipju tiġi żgurata b'mezzi tekniċi b'tali mod li d-data personali ma tkunx soġġetta għal aktar operazzjonijiet ta' pproċessar u ma tkunx tista' tinbidel. Il-fatt li l-ipproċessar tad-data personali huwa ristrett għandu jiġi indikat b'mod ċar fis-sistema. |