Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu III Taqsima 3 Artikolu 18

Artikolu 18 · Dritt għal restrizzjoni tal-ipproċessar

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Id-drittijiet tas-suġġett tad-data

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Is-suġġett tad-data għandu d-dritt jikseb restrizzjoni tal-ipproċessar:

• sakemm il-kontrollur jivverifika l-preċiżjoni kkontestata;
• fejn l-ipproċessar ikun illegali u huwa jitlob ir-restrizzjoni minflok it-tħassir;
• fejn il-kontrollur ma jkunx għadu jeħtieġ id-data iżda s-suġġett tad-data jeħtieġha għal talbiet legali; jew
• sakemm tiġi vverifikata oġġezzjoni skont l-Artikolu 21(1).

Minbarra l-ħażna, id-data ristretta mbagħad tista’ tiġi pproċessata biss:

• bil-kunsens tas-suġġett tad-data;
• għal talbiet legali;
• għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuna fiżika jew ġuridika oħra; jew
• għal raġunijiet ta’ interess pubbliku importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru.

Is-suġġett tad-data għandu jiġi infurmat qabel ma titneħħa r-restrizzjoni.

Restrizzjoni tal-ipproċessar Jekk japplika wieħed minn erba’ każijiet, is-suġġett tad-data jista’ jikseb restrizzjoni tal-ipproċessar: (a) il-preċiżjoni tad-data tiġi kkontestata, sakemm il-kontrollur jivverifikaha; (b) l-ipproċessar ikun illegali u s-suġġett tad-data jitlob restrizzjoni minflok tħassir; (c) il-kontrollur ma jibqax jeħtieġ id-data iżda s-suġġett tad-data jeħtiġilha għal talbiet legali; (d) oġġezzjoni skont l-Artikolu 21(1) tkun pendenti sakemm jiġi vverifikat ta’ min huma r-raġunijiet li jipprevalu. Id-data ristretta tista’, minbarra l-ħażna, tiġi pproċessata biss bil-kunsens tas-suġġett tad-data, għal talbiet legali, għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuna fiżika jew ġuridika oħra, jew għal interess pubbliku importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru. Is-suġġett tad-data jiġi infurmat qabel ma titneħħa r-restrizzjoni. jekk: japplika wieħed minn dawn il-każijiet (a) preċiżjoni kkontestata sakemm il-kontrollur jivverifikaha (b) ipproċessar illegali u restrizzjoni mitluba minflok tħassir (c) il-kontrollur ma jibqax jeħtieġha iżda s-suġġett tad-data jeħtiġilha għal talbiet legali (d) oġġezzjoni skont l-Art. 21(1) sakemm jiġi vverifikat ta’ min jipprevalu r-raġunijiet Restrizzjoni tal-ipproċessar minbarra l-ħażna, biss: bil-kunsens tas-suġġett tad-data, għal talbiet legali, għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ ħaddieħor, għal interess pubbliku importanti is-suġġett tad-data jiġi infurmat qabel ma titneħħa r-restrizzjoni
F’erba’ każijiet is-suġġett tad-data jista’ jikseb ir-restrizzjoni tal-ipproċessar: id-data mbagħad, minbarra l-ħażna, tiġi pproċessata biss għall-finijiet li jippermetti l-Artikolu 18(2), u s-suġġett tad-data jiġi infurmat qabel ma titneħħa r-restrizzjoni. L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 18verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 18

Dritt għal restrizzjoni tal-ipproċessar

1.

Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur ir-restrizzjoni tal-ipproċessar fejn tkun tapplika waħda minn dawn:

(a)

is-suġġett tad-data jikkontesta l-eżattezza tad-data personali, għal perijodu li jippermetti li l-kontrollur jivverifika l-eżattezza tad-data personali;

(b)

l-ipproċessar huwa illegali u s-suġġett tad-data jopponi t-tħassir tad-data personali u jitlob minflok ir-restrizzjoni tal-użu tagħha;

(c)

il-kontrollur ma jkollux aktar bżonn tad-data personali għall-għanijiet tal-ipproċessar, iżda din tkun meħtieġa mis-suġġett tad-data għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali;

(d)

is-suġġett tad-data jkun oġġezzjona għall-ipproċessar skont l-Artikolu 21(1) sakemm jiġi vverifikat jekk il-kriterji leġittimi tal-kontrollur jegħlbux dawk tas-suġġett tad-data.

2.
Fejn l-ipproċessar jkun ġie ristrett skont il-paragrafu 1, tali data personali tista', bl-eċċezzjoni tal-ħażna, tiġi pproċessata biss bil-kunsens tas-suġġett tad-data jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali jew għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuna fiżika jew ġuridika oħra jew għal raġunijiet ta' interess pubbliku importanti tal-Unjoni jew ta' Stat Membru.
3.
Is-suġġett tad-data li kiseb ir-restrizzjoni tal-ipproċessar skont il-paragrafu 1 għandu jiġi infurmat mill-kontrollur qabel ma titneħħa r-restrizzjoni tal-ipproċessar.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

• Premessa 67 Il-metodi li li bihom jiġi ristrett l-ipproċessar ta' data personali jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)

• restrizzjoni tal-ipproċessar

(3)

“restrizzjoni tal-ipproċessar” tfisser l-immarkar ta' data personali maħżuna bil-għan li jiġi limitat l-ipproċessar tagħha fil-ġejjieni;

Article 4, point (3)

• kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)

• kunsens

(11)

“kunsens” tas-suġġett tad-data tfisser kwalunkwe indikazzjoni tax-xewqat tas-suġġett tad-data mogħtija b'mod liberu, speċifika, infurmata u mhux ambigwa li permezz tagħha s-suġġett tad-data, permezz ta' dikjarazzjoni jew permezz ta' azzjoni affermattiva ċara, juri li jaqbel mal-ipproċessar ta' data personali relatata miegħu;

Article 4, point (11)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…