Kapitolu III Taqsima 3 Artikolu 16
Artikolu 16 · Dritt għar-rettifika
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Id-drittijiet tas-suġġett tad-data
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Is-suġġett tad-data għandu d-dritt jikseb mingħand il-kontrollur, mingħajr dewmien żejjed, ir-rettifika ta’ data personali ineżatta li tikkonċernah. Filwaqt li jittieħed kont tal-finijiet tal-ipproċessar, is-suġġett tad-data għandu wkoll id-dritt li d-data personali mhux kompluta tiġi kkompletata, inkluż permezz ta’ dikjarazzjoni supplimentari.
It-test tal-Artikolu 16verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 16
Dritt għar-rettifika
Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur mingħajr dewmien żejjed ir-rettifika ta' data personali li tikkonċerna lilu li ma tkunx eżatta. B'kont meħud tal-għanijiet tal-ipproċessar, is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jikseb il-kompletezza tad-data personali mhux kompluta, inkluż billi jipprovdi dikjarazzjoni supplimentari.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 65 Suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jkollu data personali li tirrigwardaha rettifikata u “dritt li…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
suġġett tad-data

ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)
kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)