F’erba’ każijiet is-suġġett tad-data jista’ jikseb ir-restrizzjoni tal-ipproċessar: id-data mbagħad, minbarra l-ħażna, tiġi pproċessata biss għall-finijiet li jippermetti l-Artikolu 18(2), u s-suġġett tad-data jiġi infurmat qabel ma titneħħa r-restrizzjoni.
is-suġġett tad- data jikkontesta l-eżattezza tad- data personali, għal perijodu li jippermetti li l-kontrollur jivverifika l-eżattezza tad- data personali
il-kontrollur ma jkollux aktar bżonn tad- data personali għall-għanijiet tal-ipproċessar, iżda din tkun meħtieġa mis-suġġett tad- data għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali
is-suġġett tad- data jkun oġġezzjona għall-ipproċessar skont l-Artikolu 21(1) sakemm jiġi vverifikat jekk il-kriterji leġittimi tal-kontrollur jegħlbux dawk tas-suġġett tad- data
tali data personali tista', bl-eċċezzjoni tal-ħażna, tiġi pproċessata biss bil-kunsens tas-suġġett tad- data jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali jew għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuna fiżika jew ġuridika oħra jew għal raġunijiet ta' interess pubbliku importanti tal-Unjoni jew ta' Stat Membru
Is-suġġett tad- data li kiseb ir-restrizzjoni tal-ipproċessar skont il-paragrafu 1 għandu jiġi infurmat mill-kontrollur qabel ma titneħħa r-restrizzjoni tal-ipproċessar.