Premessa 74
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 74kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(74) |
Ir-responsabbiltà tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta' data personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f'isem il-kontrollur għandha tiġi stabbilita. B'mod partikolari, il-kontrollur għandu jkun obbligat jimplimenta miżuri adatti u effettivi u jkun jista' juri l-konformità tal-attivitajiet ta' pproċessar ma' dan ir-Regolament, inkluża l-effettività tal-miżuri. Dawk il-miżuri għandhom jikkunsidraw in-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-għanijiet tal-ipproċessar u r-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. |