Premessa 99
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 99kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(99) |
Meta jfasslu kodiċi ta' kondotta, jew meta jemendaw jew jestendu tali kodiċi, l-assoċjazzjonijiet u korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta' kontrolluri jew proċessuri għandhom jikkonsultaw mal-partijiet interessati rilevanti, inklużi s-suġġetti tad-data fejn fattibbli, u jikkunsidraw is-sottomissjonijiet li jkunu rċevew u l-fehmiet espressi b'rispons għal dawn il-konsultazzjonijiet. |