Derogi għal sitwazzjonijiet speċifiċi
Grafika ta' Eureka
Fejn jgħid hekk it-test
- Artikolu 49(1)
Fin-nuqqas ta' deċiżjoni dwar l-adegwatezza skont l-Artikolu 45(3), jew salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 46, inklużi regoli korporattivi vinkolanti, trasferiment jew sett ta' trasferimenti ta' data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandu jseħħ biss b'waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin
- Artikolu 49(1)(a)
is-suġġett tad- data jkun espliċitament ta kunsens għat-trasferiment propost, wara li jkun ġie informat bir-riskji possibbli ta' tali trasferimenti għas-suġġett tad- data minħabba n-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza u salvagwardji xierqa
- Artikolu 49(1)(b)
it-trasferiment ikun meħtieġ għat-twettiq ta' kuntratt bejn is-suġġett tad- data u l-kontrollur jew l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' qabel il-kuntratt meħuda fuq talba tas-suġġett tad- data
- Artikolu 49(1)(c)
it-trasferiment ikun meħtieġ għall-konklużjoni jew it-twettiq ta' kuntratt konkluż fl-interess tas-suġġett tad- data bejn il-kontrollur u persuna fiżika jew ġuridika oħra
- Artikolu 49(1)(d)
it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku
- Artikolu 49(4)
L-interess pubbliku msemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jiġi rikonoxxut fil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur.
- Artikolu 49(1)(e)
it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali
- Artikolu 49(1)(f)
it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad- data jew ta' persuni oħra, fejn is-suġġett tad- data ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens
- Artikolu 49(1)(g)
it-trasferiment isir minn reġistru li skont il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru huwa maħsub biex jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku u li huwa miftuħ għall-konsultazzjoni jew mill-pubbliku inġenerali inkella minn kwalunkwe persuna li tista' turi interess leġittimu, iżda biss sa fejn jiġu sodisfatti fil-każ partikolari l-kondizzjonijiet stipulati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru għall-konsultazzjoni
- Artikolu 49(2)
Trasferiment skont il-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandux jinvolvi t-totalità tad- data personali jew kategoriji sħaħ tad- data personali li jinsabu fir-reġistru.
- Artikolu 49(3)
Il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u t-tieni subparagrafu tiegħu ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet imwettqa minn awtoritajiet pubbliċi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħhom.
- Artikolu 49(1), it-tieni subparagrafu
Fejn trasferiment ma setgħax ikun ibbażat fuq dispożizzjoni fl-Artikoli 45 jew 46, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar regoli korporattivi vinkolanti, u l-ebda waħda mid-derogi għal sitwazzjoni speċifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma tkun applikabbli, it-trasferiment ma jkunx ripetittiv, jikkonċerna biss għadd limitat ta' suġġetti tad- data, ikun meħtieġ għall-għanijiet ta' interessi leġittimi konvinċenti mfittxija mill-kontrollur li ma jingħelbux mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad- data