Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Premessa 152

Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha

Iftaħ fir-Reader

It-test tal-Premessa 152kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016

(152)

Fejn dan ir-Regolament ma jarmonizzax il-pieni amministrattivi jew fejn neċessarju f'każijiet oħra, pereżempju f'każijiet ta' ksur serju ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw sistema li tipprevedi pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi. In-natura ta' dawn il-pieni, kriminali jew amministrattivi, għandha tiġi ddeterminata mil-liġi tal-Istat Membru.

Jispjega

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…