Premessa 166
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 166kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(166) |
Sabiex jiġu sodisfatti l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali u biex ikun żgurat il-moviment liberu ta' data personali fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun iddelegata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE. B'mod partikolari, lgħandhom jiġu adottati atti delegati fir-rigward tal-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni, informazzjoni li trid tiġi ppreżentata permezz ta' ikoni u proċeduri għall-għoti ta' dawn l-ikoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |