Kapitolu IV Taqsima 5 Artikolu 43
Artikolu 43 · Korpi ta' ċertifikazzjoni
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Korpi ta’ ċertifikazzjoni b’livell xieraq ta’ għarfien espert fil-protezzjoni tad-data joħorġu u jġeddu ċ-ċertifikazzjoni wara li jinfurmaw lill-awtorità superviżorja.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn ikunu akkreditati mill-awtorità superviżorja kompetenti, mill-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni msemmi skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew minn it-tnejn, u biss fejn jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 2, bħall-indipendenza u l-għarfien espert.
L-akkreditazzjoni tinħareġ għal perjodu massimu ta’ ħames snin, tista’ tiġġedded, u għandha tiġi revokata fejn il-kondizzjonijiet tagħha ma jkunux, jew ma għadhomx, issodisfati jew l-azzjonijiet tal-korp jiksru r-Regolament.
Ir-rettifika tat-23 ta’ Mejju 2018 (ĠU L 127, p. 2) ħassret l-aħħar sentenza tal-paragrafu 6 kif ippubblikat għall-ewwel darba, dwar reġistru miżmum mill-Bord.
It-test tal-Artikolu 43verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 43
Korpi ta' ċertifikazzjoni
Mingħajr preġudizzju għall-kompiti u s-setgħat tal-awtorità superviżorja kompetenti taħt l-Artikoli 57 u 58, il-korpi ta' ċertifikazzjoni li għandhom livell xieraq ta' għarfien espert fir-rigward tal-protezzjoni tad-data għandhom, wara li jinfurmaw l-awtorità superviżorja sabiex din tkun tista' teżerċita s-setgħat tagħha skont il-punt (h) tal-Artikolu 58(2) fejn meħtieġ, joħorġu u jġeddu ċertifikazzjoni. Stat Membru għandu jiżgura li dawk il-korpi ta' ċertifikazzjoni huma akkreditati minn waħda jew wieħed, jew mit-tnejn, li ġejjin:
l-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56;
il-korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni msemmi f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) f'konformità ma' EN-ISO/IEC 17065/2012 u mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti mill-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56.
Il-korpi ta' ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu akkreditati skont dak il-paragrafu biss fejn ikunu:
wrew l-indipendenza u l-għarfien espert tagħhom b'rabta mas-suġġett taċ-ċertifikazzjoni għas-sodisfazzjon tal-awtorità superviżorja kompetenti;
impenjaw ruħhom li jirrispettaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 42(5) u approvati mill-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56 jew mill-Bord, skont l-Artikolu 63, il-Bord;
stabbilixxew proċeduri għall-ħruġ, ir-rieżami perjodiku u l-irtirar ta' ċertifikazzjoni, siġilli u marki tal-protezzjoni tad-data;
stabbilixxew proċeduri u strutturi biex jindirizzaw lmenti dwar ksur taċ-ċertifikazzjoni jew il-mod li bih iċ-ċertifikazzjoni ġiet, jew qed tiġi, implimentata mill-kontrollur jew il-proċessur, u biex jagħmlu trasparenti dawk il-proċeduri u l-istrutturi għas-suġġetti tad-data u għall-pubbliku; u
wrew għas-sodisfazzjon tal-awtorità superviżorja kompetenti, li l-kompiti u d-dmirijiet tagħhom ma jirriżultawx f'konflitt ta' interessi.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 166 Sabiex jiġu sodisfatti l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u…
- Premessa 168 Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni dwar klawżoli…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)
proċessur

(8)

“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

Article 4, point (8)
awtorità superviżorja

(21)

“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

Article 4, point (21)