Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

L-att fi stampi

Kodiċijiet ta’ kondotta u ċertifikazzjoni

Grafika ta' Eureka

Kodiċijiet ta’ kondotta u ċertifikazzjoni Kodiċijiet ta’ kondotta, l-Artikoli 40 u 41: assoċjazzjonijiet u korpi oħra li jirrappreżentaw kontrolluri jew proċessuri jħejju abbozz ta’ kodiċi u jippreżentawh lill-awtorità superviżorja, li tapprovah jekk jipprovdi salvagwardji xierqa suffiċjenti; għal ipproċessar f’diversi Stati Membri l-Bord jagħti opinjoni l-ewwel, u l-Kummissjoni tista’ tagħti validità ġenerali fl-Unjoni lil kodiċi approvat. Ċertifikazzjoni, l-Artikoli 42 u 43: volontarja; maħruġa minn korp ta’ ċertifikazzjoni akkreditat jew mill-awtorità superviżorja; għal mhux aktar minn tliet snin, tista’ tiġġedded; ma tnaqqasx ir-responsabbiltà tal-kontrollur jew tal-proċessur għall-konformità. kodiċijiet ta’ kondotta Art. 40, 41 assoċjazzjonijiet abbozz ta’ kodiċi awtorità superviżorja tapprova jekk jipprovdi salvagwardji xierqa suffiċjenti Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data diversi Stati Membri: il-Bord jagħti opinjoni l-ewwel Kummissjoni tista’ tagħti validità ġenerali fl-Unjoni ċertifikazzjoni Art. 42, 43 volontarja maħruġa minn korp ta’ ċertifikazzjoni akkreditat jew mill-awtorità superviżorja sa tliet snin tiġġedded ma tnaqqasx ir-responsabbiltà għall-konformità
L-assoċjazzjonijiet jistgħu jfasslu kodiċijiet ta’ kondotta għall-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja, u l-kontrolluri u l-proċessuri jistgħu jfittxu ċertifikazzjoni volontarja, li ma tnaqqasx ir-responsabbiltà tagħhom.

Fejn jgħid hekk it-test

  • Artikolu 40(1)

    L-Istati Membri, l-awtoritajiet superviżorji, il-Bord u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu t-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta maħsuba biex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, b'kont meħud tal-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi tal-ipproċessar u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju.

  • Artikolu 40(2)

    Assoċjazzjonijiet u korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta' kontrolluri jew proċessuri jistgħu jħejju kodiċijiet ta' kondotta, jew jemendaw jew jestendu dawn il-kodiċijiet, bil-għan li jispeċifikaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

  • Artikolu 40(5)

    L-assoċjazzjonijiet u korpi oħra msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li għandhom l-għan li jħejju kodiċi ta' kondotta jew li jemendaw jew jestendu kodiċi eżistenti, għandhom jippreżentaw l-abbozz ta' kodiċi, l-emenda jew l-estensjoni lill-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55. L-awtorità superviżorja għandha tipprovdi opinjoni dwar jekk l-abbozz ta' kodiċi, l-emenda jew l-estensjoni jikkonformawx ma' dan ir-Regolament u għandha tapprova tali abbozz ta' kodiċi, emenda jew estensjoni jekk hija tqis li jipprovdu biżżejjed salvagwardji xierqa.

  • Artikolu 40(7)

    Fejn abbozz ta' kodiċi ta' kondotta huwa marbut mal-attivitajiet ta' pproċessar f'bosta Stati Membri, l-awtorità superviżorja li hi kompetenti skont l-Artikolu 55 għandha, qabel ma tapprova l-abbozz ta' kodiċi, l-emenda jew l-estensjoni, tippreżentahom fil-proċedura msemmija fl-Artikolu 63 lill-Bord

  • Artikolu 40(9)

    Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi li l-kodiċijiet ta' kondotta, l-emendi jew l-estensjonijiet approvati ppreżentati lilha skont il-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu għandhom validità ġenerali fi ħdan l-Unjoni.

  • Artikolu 40(4)

    Kodiċi ta' kondotta msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun fih mekkaniżmi li jippermettu lill-korp imsemmi fl-Artikolu 41(1) biex iwettaq il-monitoraġġ obbligatorju ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu mill-kontrolluri jew il-proċessuri li japplikawh

  • Artikolu 41(1)

    il-monitoraġġ tal-konformità ma' kodiċi ta' kondotta skont l-Artikolu 40, jista' jitwettaq minn korp li għandu l-livell xieraq ta' għarfien espert b'rabta mas-suġġett tal-kodiċi u huwa akkreditat għal dak il-għan mill-awtorità superviżorja kompetenti.

  • Artikolu 41(6)

    Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-ipproċessar imwettaq mill-awtoritajiet u l-korpi pubbliċi.

  • Artikolu 42(1)

    L-Istati Membri, l-awtoritajiet superviżorji, il-Bord u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu, b'mod partikolari fil-livell tal-Unjoni, l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni ta' protezzjoni tad- data u ta' siġilli u marki tal-protezzjoni tad- data, bil-għan li juru l-konformità ma' dan ir-Regolament ta' attivitajiet ta' pproċessar mill-kontrolluri u mill-proċessuri. Għandu jittieħed kont tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju.

  • Artikolu 42(3)

    Iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun volontarja u disponibbli permezz ta' proċess li jkun trasparenti.

  • Artikolu 42(4)

    Ċertifikazzjoni skont dan l-Artikolu ma tnaqqasx ir-responsabbiltà tal-kontrollur jew il-proċessur għall-konformità ma' dan ir-Regolament u huwa mingħajr preġudizzju għall-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji li huma kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56.

  • Artikolu 42(5)

    Ċertifikazzjoni skont dan l-Artikolu għandha tinħareġ mill-korpi ta' ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 43, jew mill-awtorità superviżorja kompetenti abbażi ta' kriterji approvati mill-awtorità superviżorja kompetenti jew mill-Bord, skont l-Artikolu 63. Fejn il-kriterji huma approvati mill-Bord, dan jista' jirriżulta f'ċertifikazzjoni komuni, is-Siġill Ewropew għall-Protezzjoni tad- Data.

  • Artikolu 42(7)

    Iċ-ċertifikazzjoni għandha tinħareġ lil kontrollur jew proċessur għal perijodu massimu ta’ tliet snin u tista’ tiġġedded, skont l-istess kondizzjonijiet, sakemm jibqgħu jiġu sodisfatti l-kriterji rilevanti. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tiġi rtirata, fejn applikabbli, mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 43, jew mill-awtorità superviżorja kompetenti fejn ma jiġux sodisfatti jew ma jibqgħux jiġu sodisfatti l-kriterji għaċ-ċertifikazzjoni.

  • Artikolu 43(1)

    Stat Membru għandu jiżgura li dawk il-korpi ta' ċertifikazzjoni huma akkreditati minn waħda jew wieħed, jew mit-tnejn, li ġejjin

  • Artikolu 43(1)(a)

    l-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56

  • Artikolu 43(1)(b)

    il-korp nazzjonali ta' akkreditazzjoni msemmi f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

  • Artikolu 43(4)

    L-akkreditazzjoni għandha tinħareġ għal perijodu massimu ta' ħames snin u tista' tiġġedded bl-istess kondizzjonijiet sakemm il-korp ta' ċertifikazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.

  • Artikolu 32(3)

    L-osservanza ta' kodiċi ta' kondotta approvat kif imsemmi fl-Artikolu 40 jew mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni approvat kif imsemmi fl-Artikolu 42 jistgħu jintużaw bħala element li bih tintwera konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…