Kapitolu V Artikolu 44
Artikolu 44 · Prinċipju ġenerali għal trasferimenti
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Trasferimenti lejn pajjiżi terzi
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Id-data personali tista’ tiġi trasferita lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali biss jekk il-kontrollur u l-proċessur jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tal-Kapitolu V, soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolament, inkluż għal trasferimenti ulterjuri lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali oħra. Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Kapitolu V għandhom jiġu applikati b’mod li l-livell ta’ protezzjoni tal-persuni fiżiċi garantit mir-Regolament ma jiġix imminat.
It-test tal-Artikolu 44verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 44
Prinċipju ġenerali għal trasferimenti
Kwalunkwe trasferiment ta' data personali li tkun qed tiġi pproċessata jew hija maħsuba li tiġi pproċessata wara trasferiment lejn pajjiż terz jew lejn organizzazzjoni internazzjonali għandu jseħħ biss jekk, soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament, il-kontrollur u l-proċessur ikunu f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu, inkluż għal trasferimenti ulterjuri ta' data personali mill-pajjiż terz jew minn organizzazzjoni internazzjonali lejn pajjiż terz ieħor jew lejn organizzazzjoni internazzjonali oħra. Id-dispożizzjonijiet kollha f'dan il-Kapitolu għandhom jiġu applikati sabiex jiġi żgurat li ma għandux jiddgħajjef il-livell ta' protezzjoni tal-persuni fiżiċi ggarantit minn dan ir-Regolament.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 101 Il-flussi ta' data personali lejn pajjiżi barra mill-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali u viċe…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)
proċessur

(8)

“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

Article 4, point (8)
organizzazzjoni internazzjonali

(26)

“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni u l-korpi subordinati tagħha rregolati mid-dritt internazzjonali pubbliku jew kwalunkwe korp ieħor li jiġi stabbilit bi ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar, jew abbażi tiegħu.

Article 4, point (26)