Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 12(8) (ikoni standardizzati) u l-Artikolu 43(8) (rekwiżiti għall-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-24 ta’ Mejju 2016.
Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jirrevokawha fi kwalunkwe ħin, mingħajr ma jintlaqtu l-atti delegati diġà fis-seħħ.
Att delegat adottat skont dawk l-Artikoli jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw fi żmien tliet xhur min-notifika, perjodu estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva ta’ xi wieħed minnhom, jew jekk it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni qabel dak iż-żmien li mhumiex ser joġġezzjonaw.
It-test tal-Artikolu 92 · verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 92
Eżerċizzju tad-delega
1.
Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.
Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 12(8) u l-Artikolu 43(8) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu mhux determinat mill-24 ta' Mejju 2016.
3.
Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 12(8) u l-Artikolu 43(8) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.
Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5.
Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(8) u l-Artikolu 43(8) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni espressa la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perijodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
Premessa 166Sabiex jiġu sodisfatti l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u…