Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu IX Artikolu 91

Artikolu 91 · Regoli eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data ta' knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Fejn knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi fi Stat Membru japplikaw, fil-mument tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament, regoli komprensivi relatati mal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar, dawk ir-regoli jistgħu jkomplu japplikaw, dment li jinġiebu konformi mar-Regolament.

Il-knejjes u l-assoċjazzjonijiet reliġjużi li japplikaw tali regoli għandhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni ta’ awtorità superviżorja indipendenti, li tista’ tkun speċifika, dment li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VI.

It-test tal-Artikolu 91verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 91

Regoli eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data ta' knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi

1.
Fejn fi Stat Membru, knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi japplikaw, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, regoli komprensivi b'rabta mal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar, tali regoli jistgħu jkomplu japplikaw, dment li dawn jinġiebu f'konformità ma' dan ir-Regolament.
2.
Knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi li japplikaw regoli komprensivi f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni ta' awtorità superviżorja indipendenti, li tista' tkun speċifika, dment li hija tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu VI ta' dan ir-Regolament.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

• Premessa 165 Dan ir-Regolament jirrispetta u ma jippreġudikax l-istatus skont id-dritt kostituzzjonali eżistenti ta'…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)

• awtorità superviżorja

(21)

“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

Article 4, point (21)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…