Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu IX Artikolu 90

Artikolu 90 · Obbligi ta' segretezza

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli speċifiċi li jistabbilixxu s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji ta’ aċċess għal data personali, informazzjoni u bini skont l-Artikolu 58(1)(e) u (f) fir-rigward ta’ kontrolluri jew proċessuri soġġetti għal obbligu ta’ segretezza professjonali jew għal obbligi ekwivalenti oħra ta’ segretezza, fejn dan ikun meħtieġ u proporzjonat biex jiġi rrikonċiljat id-dritt tal-protezzjoni tad-data personali mal-obbligu ta’ segretezza.

Dawk ir-regoli japplikaw biss għal data personali riċevuta jew miksuba f’attività koperta minn dak l-obbligu.

Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’tali regoli sal-25 ta’ Mejju 2018 u bi kwalunkwe emenda sussegwenti mingħajr dewmien.

It-test tal-Artikolu 90verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 90

Obbligi ta' segretezza

1.
L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli speċifiċi biex jistabbilixxu s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji stipulati fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 58(1) b'rabta ma' kontrolluri jew proċessuri li jkunu soġġetti, taħt il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru jew ir-regoli stabbiliti minn korpi kompetenti nazzjonali, għal obbligu ta' segretezza professjonali jew obbligi ekwivalenti oħra ta' segretezza fejn dan ikun meħtieġ u proporzjonat biex jiġi rrikonċiljat id-dritt tal-protezzjoni ta' data personali mal-obbligu ta' segretezza. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw biss fir-rigward ta' data personali li l-kontrollur jew il-proċessur ikun irċieva b'riżultat ta' jew kiseb f'attività koperta minn dak l-obbligu ta' segretezza.
2.
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni r-regoli adottati skont il-paragrafu 1, sal-25 ta' Mejju 2018 u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

• Premessa 164 Fir-rigward tas-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji biex jiksbu l-aċċess mill-kontrollur jew mill-proċessur…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)

• proċessur

(8)

“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

Article 4, point (8)

• awtorità superviżorja

(21)

“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

Article 4, point (21)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…