Premessa 22
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 22kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(22) |
Kwalunkwe pproċessar ta' data personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment ta' kontrollur jew proċessur fl-Unjoni għandu jsir f'konformità ma' dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar innifsu jseħħx fl-Unjoni jew le. L-istabbiliment jimplika l-eżerċizzju effettiv u reali ta' attività permezz ta' arranġamenti stabbli. Il-forma legali ta' dawn l-arranġamenti, sew jekk permezz ta' fergħa jew sussidjarja b'personalità ġuridika, mhijiex il-fattur determinanti f'dak ir-rigward. |