Kapitolu I Artikolu 3
Artikolu 3 · Kamp ta' applikazzjoni territorjali
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Kamp ta’ applikazzjoni u eżenzjonijiet
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Ir-Regolament japplika għall-ipproċessar fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le.
Kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni huwa kopert ukoll meta jipproċessa data personali ta’ suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni u l-ipproċessar ikun relatat:
- mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lilhom, irrispettivament jekk ikunx meħtieġ ħlas; jew
- mal-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom sakemm din isseħħ fl-Unjoni.
Japplika wkoll għal kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni iżda f’post fejn tapplika l-liġi ta’ Stat Membru bis-saħħa tad-dritt internazzjonali pubbliku.
It-test tal-Artikolu 3verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni territorjali
Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali ta' suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni, meta l-attivitajiet ta' pproċessar huma relatati ma':
l-offerta ta' prodotti jew servizzi, irrispettivament jekk ikunx meħtieġ ħlas mis-suġġett tad-data, għal tali suġġetti tad-data fl-Unjoni; jew
il-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom sakemm l-imġiba tagħhom isseħħ fl-Unjoni.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 22 Kwalunkwe pproċessar ta' data personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment ta' kontrollur jew…
- Premessa 23 Sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi ma jinċaħdux mill-protezzjoni li għandhom dritt għaliha skont dan…
- Premessa 24 L-ipproċessar ta' data personali ta' suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur…
- Premessa 25 Fejn il-liġi ta' Stat Membru tkun tapplika permezz tad-dritt internazzjonali pubbliku, dan ir-Regolament…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)
kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)
proċessur

(8)

“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

Article 4, point (8)