Premessa 60
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 60kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(60) |
Il-prinċipji ta' pproċessar ġust u trasparenti jeħtieġu li s-suġġett tad-data jkun informat bl-eżistenza tal-attività tal-ipproċessar u l-għanijiet tagħha. Il-kontrollur għandu jipprovdi lis-suġġett tad-data bi kwalunkwe informazzjoni ulterjuri li tkun meħtieġa biex jiġi żgurat ipproċessar ġust u trasparenti b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-kuntest li fih tiġi pproċessata d-data personali. Barra minn hekk, is-suġġett tad-data għandu jkun informat bl-eżistenza tat-tfassil tal-profil, u l-konsegwenzi ta' dan it-tfassil tal-profil. Fejn id-data personali tinġabar mis-suġġett tad-data, is-suġġett tad-data għandu jiġi infurmat ukoll dwar jekk hux obbligat jipprovdi d-data personali u dwar il-konsegwenzi, fejn huwa ma jipprovdix tali data. Dik l-informazzjoni tista' tingħata flimkien ma' ikoni standardizzati sabiex tingħata ħarsa ġenerali lejn l-ipproċessar intenzjonat b'mod li jidher faċilment, li jinftiehem u li jinqara sew. Fejn l-ikoni jkunu ppreżentati b'mod elettroniku, dawn għandhom ikunu jistgħu jinqraw minn magna. |
Jispjega
- Artikolu 12 · Informazzjoni, komunikazzjoni u modalitajiet trasparenti għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data
- Artikolu 13 · Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fejn tinġabar data personali mis-suġġett tad-data
- Artikolu 14 · Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fejn id-data personali ma tkunx inkisbet mis-suġġett tad-data