Premessa 87
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 87kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(87) |
Għandu jiġi vverifikat jekk kull protezzjoni teknoloġika xierqa u miżuri organizzattivi ġewx implimentati biex jiġi stabbilit immedjatament jekk seħħitx vjolazzjoni ta' data personali u biex jiġu informati minnufih l-awtorità superviżorja u s-suġġett tad-data. Il-fatt li n-notifika saret mingħajr dewmien żejjed għandu jiġi stabbilit filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari n-natura u l-gravità tal-vjolazzjoni tad-data personali u l-konsegwenzi u l-effetti negattivi tagħha għas-suġġett tad-data. Notifika bħal din tista' tirriżulta f'intervent mill-awtorità superviżorja f'konformità mal-kompiti u s-setgħat tagħha stabbiliti f'dan ir-Regolament. |