Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu IV Taqsima 2 Artikolu 33

Artikolu 33 · Notifika ta' ksur ta' data personali lill-awtorità superviżorja

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Sigurtà u ksur ta’ data personali

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Fil-każ ta’ ksur ta’ data personali, il-kontrollur għandu jinnotifika lill-awtorità superviżorja kompetenti skont l-Artikolu 55 mingħajr dewmien żejjed u, fejn fattibbli, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li jkun sar jaf bih, sakemm il-ksur x’aktarx ma jirriżultax f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi.

Notifika magħmula wara 72 siegħa għandha tkun akkumpanjata mir-raġunijiet għad-dewmien, u l-informazzjoni li ma tistax tingħata fl-istess ħin tista’ tingħata f’fażijiet mingħajr aktar dewmien żejjed.

Il-proċessur għandu jinnotifika lill-kontrollur mingħajr dewmien żejjed, u l-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur ta’ data personali.

Notifika ta’ ksur lill-awtorità Fil-każ ta’ ksur ta’ data personali: il-proċessur jinnotifika lill-kontrollur mingħajr dewmien żejjed. Il-kontrollur jinnotifika lill-awtorità superviżorja mingħajr dewmien żejjed u, fejn fattibbli, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li jkun sar jaf bil-ksur; notifika aktar tard għandha tagħti r-raġunijiet għad-dewmien. Dan ma japplikax għal ksur li x’aktarx ma jirriżultax f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. Separatament, il-kontrollur jiddokumenta kull ksur, bil-fatti, l-effetti u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda. jekk: ksur ta’ data personali proċessur jinnotifika kontrollur mingħajr dewmien żejjed Kontrollur jinnotifika awtorità superviżorja mingħajr dewmien żejjed u, fejn fattibbli, fi żmien 72 siegħa minn meta jsir jaf; aktar tard biss b’raġunijiet mhux għal: ksur li x’aktarx ma jwassalx għal riskju Kontrollur jiddokumenta kull ksur fatti, effetti, azzjoni ta’ rimedju

L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 33verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 33

Notifika ta' ksur ta' data personali lill-awtorità superviżorja

1.
Fil-każ ta' ksur ta' data personali, il-kontrollur għandu mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn fattibbli, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-data personali lill-awtorità superviżorja kompetenti f'konformità mal-Artikolu 55 ħlief jekk il-ksur ta' data personali x'aktarx ma jirriżultax f'riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. Fejn in-notifika lill-awtorità superviżorja ma ssirx fi żmien 72 siegħa, hija għandha tkun akkumpanjata minn raġunijiet għad-dewmien.
2.
Il-proċessur għandu jinnotifika lill-kontrollur mingħajr dewmien żejjed wara li jkun sar konxju ta' ksur ta' data personali.
3.

In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:

(a)

tiddeskrivi n-natura tal-ksur ta' data personali inklużi, fejn hu possibbli, il-kategoriji u n-numru approssimattiv tas-suġġetti tad-data kkonċernati u l-kategoriji u n-numru approssimattiv ta' data personali rreġistrata kkonċernata;

(b)

tagħti l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jew ta' punt ta' kuntatt ieħor minn fejn tista' tinkiseb aktar informazzjoni;

(c)

tiddeskrivi l-konsegwenzi mistennija tal-ksur ta' data personali;

(d)

tiddeskrivi l-miżuri mittieħda jew proposti li jridu jittieħdu mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur ta' data personali, inkluż, fejn xieraq, miżuri biex itaffi l-effetti ħżiena possibbli.

4.
Fejn, u sa fejn mhuwiex possibbli li tiġi pprovduta l-informazzjoni fl-istess ħin, l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta f'fażijiet mingħajr dewmien bla bżonn.
5.
Il-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur ta' data personali, inklużi l-fatti relattivi għall-ksur tad-data personali, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta' rimedju meħuda. Dik id-dokumentazzjoni għandha tippermetti lill-awtorità superviżorja tivverifika l-konformità ma' dan l-Artikolu.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

• Premessa 85 Il-vjolazzjoni ta' data personali tista', jekk ma tiġix indirizzata b'mod adegwat u fil-ħin, tirriżulta…
• Premessa 87 Għandu jiġi vverifikat jekk kull protezzjoni teknoloġika xierqa u miżuri organizzattivi ġewx implimentati…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)

• proċessur

(8)

“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

Article 4, point (8)

• ksur ta' data personali

(12)

“ksur ta' data personali” tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda aċċidentali jew illegali, telf, bidliet, żvelar mhux awtorizzat ta', jew aċċess għal, data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b'xi mod ieħor;

Article 4, point (12)

• awtorità superviżorja

(21)

“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

Article 4, point (21)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…