Kapitolu IV Taqsima 2 Artikolu 34
Artikolu 34 · Komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Sigurtà u ksur ta’ data personali
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Meta ksur ta’ data personali x’aktarx jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur għandu jikkomunikah lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien żejjed, b’lingwaġġ ċar u sempliċi.
Dan mhuwiex meħtieġ jekk tiġi ssodisfata xi waħda minn tliet kondizzjonijiet:
- ġew applikati għad-data affettwata miżuri ta’ protezzjoni adatti, b’mod partikolari dawk, bħall-kriptaġġ, li jagħmlu d-data mhux intelliġibbli għal persuni mhux awtorizzati;
- miżuri sussegwenti jiżguraw li r-riskju għoli ma jkunx għadu x’aktarx jimmaterjalizza; jew
- tkun tinvolvi sforz sproporzjonat, u f’dak il-każ tkun meħtieġa minflok komunikazzjoni pubblika jew miżura simili daqstant effettiva.
Fejn il-kontrollur ma jkunx ikkomunika l-ksur, l-awtorità superviżorja tista’ teħtieġ li jagħmel dan jew tiddeċiedi li kondizzjoni tkun issodisfata.
It-test tal-Artikolu 34verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 34
Komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data
Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tkun sodisfatta:
il-kontrollur ikun implimenta miżuri ta' protezzjoni tekniċi u organizzattivi xierqa, u dawk il-miżuri ġew applikati għad-data personali affettwata mill-ksur ta' data personali, b'mod partikolari dawk li jagħmlu d-data personali ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha, bħall-kriptaġġ;
il-kontrollur ħa miżuri sussegwenti li jiżguraw li r-riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 1 mhux probabbli li jimmaterjalizza;
tkun tinvolvi sforz sproporzjonat. F'każ bħal dan, minflok għandu jkun hemm komunikazzjoni pubblika jew miżura simili fejn is-suġġetti tad-data jiġu infurmati b'mod għaldaqstant effettiv.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 86 Il-kontrollur għandu jikkomunika lis-suġġett tad-data ksur ta' data personali, mingħajr dewmien żejjed, meta…
- Premessa 87 Għandu jiġi vverifikat jekk kull protezzjoni teknoloġika xierqa u miżuri organizzattivi ġewx implimentati…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)
ksur ta' data personali

(12)

“ksur ta' data personali” tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda aċċidentali jew illegali, telf, bidliet, żvelar mhux awtorizzat ta', jew aċċess għal, data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b'xi mod ieħor;

Article 4, point (12)
awtorità superviżorja

(21)

“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

Article 4, point (21)