Meta l-ipproċessar għal fini ġdid ma jkunx ibbażat la fuq il-kunsens u lanqas fuq liġi skont l-Artikolu 23(1), il-kontrollur iqis mill-inqas ħames fatturi biex jaċċerta jekk il-fini l-ġdid huwiex kompatibbli mal-fini oriġinali.
Fejn l-ipproċessar għal finijiet differenti minn dak li għalih id- data personali tkun inġabret ma jkunx ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad- data jew fuq liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex tissalvagwardja l-objettivi msemmija fl-Artikolu 23(1)
il-kontrollur għandu, sabiex jaċċerta jekk l-ipproċessar għal fini ieħor huwiex kompatibbli mal-fini li għalih tkun inġabret id- data personali inizjalment, jieħu kont, fost l-oħrajn, ta':
in-natura tad- data personali, b'mod partikolari jekk jiġux ipproċessati kategoriji speċjali ta' data personali, skont l-Artikolu 9, jew jekk tiġix ipproċessata data personali relatata ma' kundanni kriminali u reati, skont l-Artikolu 10