Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu II Artikolu 6

Artikolu 6 · Legalità tal-ipproċessar

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Bażijiet legali għall-ipproċessar, Kunsens, Minorenni

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

L-ipproċessar huwa legali biss jekk u safejn japplika mill-inqas wieħed mill-motivi:

1. (a) kunsens għal fini speċifiku wieħed jew aktar;
2. (b) ħtieġa għal kuntratt mas-suġġett tad-data (jew għal passi fuq talba tiegħu qabel ma jidħol f’wieħed);
3. (c) ħtieġa għal obbligu legali tal-kontrollur;
4. (d) ħtieġa għall-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna fiżika oħra;
5. (e) ħtieġa għal kompitu fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur; jew
6. (f) ħtieġa għall-interessi leġittimi tal-kontrollur jew ta’ parti terza.

L-interessi leġittimi jċedu quddiem l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali prevalenti tas-suġġett tad-data, b’mod partikolari ta’ minorenni, u ma jistgħux jiġu invokati minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Il-punti (c) u (e) huma bbażati fuq il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu aktar speċifika.

Bażijiet legali L-ipproċessar ikun legali biss jekk u sa fejn japplika mill-inqas wieħed mill-punti. Il-punt (a): il-kunsens tas-suġġett tad-data għal fini speċifiku wieħed jew aktar. Il-ħamsa l-oħra jeħtieġu li l-ipproċessar ikun meħtieġ: għal kuntratt li s-suġġett tad-data huwa parti fih, jew għal passi fuq talba tiegħu qabel ma jidħol f’kuntratt; għall-konformità ma’ obbligu legali tal-kontrollur; biex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna fiżika oħra; għal kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur; jew għall-interessi leġittimi tal-kontrollur jew ta’ parti terza, għajr meta jingħelbu mill-interessi jew mid-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data, b’mod partikolari meta jkun minorenni. L-interessi leġittimi mhumiex disponibbli għal awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. l-ipproċessar ikun legali biss jekk mill-inqas wieħed japplika kunsens għal finijiet speċifiċi jew meħtieġ għal: kuntratt mas-suġġett tad-data, jew passi qabel kuntratt obbligu legali tal-kontrollur interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna oħra kompitu ta’ interess pubbliku jew awtorità uffiċjali interessi leġittimi, għajr meta jingħelbu mhux għal: kompiti ta’ awtoritajiet pubbliċi

L-att fi stampi

Ipproċessar ulterjuri għal fini ieħor Ipproċessar ulterjuri għal fini ieħor. Data personali miġbura għal fini wieħed għandha tiġi pproċessata għal fini ieħor. Fejn dan ma jkunx ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-data jew fuq liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li hija miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex tissalvagwardja l-objettivi tal-Artikolu 23(1), il-kontrollur, biex jaċċerta jekk il-fini l-ġdid huwiex kompatibbli mal-fini oriġinali, għandu jieħu kont, fost l-oħrajn, ta’: (a) kwalunkwe rabta bejn il-finijiet; (b) il-kuntest tal-ġbir, b’mod partikolari r-relazzjoni bejn is-suġġetti tad-data u l-kontrollur; (c) in-natura tad-data, b’mod partikolari kategoriji speċjali skont l-Artikolu 9 jew data dwar kundanni kriminali u reati skont l-Artikolu 10; (d) il-konsegwenzi possibbli għas-suġġetti tad-data; (e) salvagwardji xierqa, li jistgħu jinkludu l-kriptaġġ jew il-psewdonimizzazzjoni. fini tal- ġbir fini ieħor Data personali jekk: mhux ibbażat fuq kunsens jew liġi skont l-Art. 23(1) kompatibbli? il-kontrollur jieħu kont, fost l-oħrajn, ta’: (a) rabta bejn il-finijiet (b) kuntest tal-ġbir (c) natura tad-data (Art. 9, 10) (d) konsegwenzi possibbli għas-suġġetti tad-data (e) salvagwardji, eż. kriptaġġ jew psewdonimizzazzjoni
Meta l-ipproċessar għal fini ġdid ma jkunx ibbażat la fuq il-kunsens u lanqas fuq liġi skont l-Artikolu 23(1), il-kontrollur iqis mill-inqas ħames fatturi biex jaċċerta jekk il-fini l-ġdid huwiex kompatibbli mal-fini oriġinali. L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 6verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 6

Legalità tal-ipproċessar

1.

L-ipproċessar għandu jkun legali biss jekk u safejn mill-inqas ikun japplika wieħed mill-punti li ġejjin:

(a)

is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar ta' data personali tiegħu għal fini speċifiku wieħed jew aktar;

(b)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta' kuntratt li għalih is-suġġett tad-data huwa parti jew sabiex jittieħdu passi fuq talba tas-suġġett tad-data qabel ma jidħol f'kuntratt;

(c)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-konformità ma' obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur;

(d)

l-ipproċessar ikun meħtieġ sabiex ikunu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta' persuna fiżika oħra;

(e)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur;

(f)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew minn parti terza, għajr meta dawn l-interessi jingħelbu mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data li jeħtieġu l-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari meta s-suġġett tad-data jkun minorenni.

Il-punt (f) tal-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għall-ipproċessar li jitwettaq minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

2.
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar speċifiċi biex jadattaw l-applikazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' pproċessar għal konformità mal-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1 billi jiddeterminaw b'mod aktar preċiż rekwiżiti speċifiċi għall-ipproċessar u miżuri oħrajn biex jiġi żgurat ipproċessar legali u ġust inkluż għal sitwazzjonijiet speċifiċi oħrajn ta' pproċessar kif previst fil-Kapitolu IX.
3.

Il-bażi għall-ipproċessar imsemmi fil-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1 għandha tkun stipulata minn:

(a)

il-liġi tal-Unjoni, jew

(b)

il-liġi tal-Istat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur.

Il-fini tal-ipproċessar għandu jkun iddeterminat fdik il-bażi legali jew, fir-rigward tal-ipproċessar imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1, għandu jkun meħtieġ għat-twettiq ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju tal-atorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur. Dik il-bażi legali jista' jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi biex tiġi adattata l-applikazzjoni ta' regoli ta' dan ir-Regolament, inklużi l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-legalità tal-ipproċessar mill-kontrollur; it-tipi ta' data li huma soġġetti għall-ipproċessar; is-suġġetti tad-data kkonċernati; l-entitajiet li lilhom, jew li għalihom, tista' tiġi żvelata d-data personali; il-limitazzjoni tal-fini; il-perijodi tal-ħażna u attivitajiet ta' pproċessar u proċeduri ta' pproċessar, inklużi miżuri li jiżguraw ipproċessar legali u ġust bħal dawk għal sitwazzjonijiet speċifiċi oħrajn ta' pproċessar kif previst fil-Kapitolu IX. Il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru għandha tissodisfa l-objettiv ta' interess pubbliku u tkun proporzjonata mal-għan leġittimu mfittex.

4.

Fejn l-ipproċessar għal finijiet differenti minn dak li għalih id-data personali tkun inġabret ma jkunx ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-data jew fuq liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex tissalvagwardja l-objettivi msemmija fl-Artikolu 23(1), il-kontrollur għandu, sabiex jaċċerta jekk l-ipproċessar għal fini ieħor huwiex kompatibbli mal-fini li għalih tkun inġabret id-data personali inizjalment, jieħu kont, fost l-oħrajn, ta':

(a)

kwalunkwe rabta bejn il-fini li għalih tkun inġabret id-data personali u l-fini tal-ipproċessar ulterjuri li jkun maħsub;

(b)

il-kuntest li fih inġabret id-data personali, b'mod partikolari fir-rigward tar-relazzjoni bejn is-suġġetti tad-data u l-kontrollur;

(c)

in-natura tad-data personali, b'mod partikolari jekk jiġux ipproċessati kategoriji speċjali ta' data personali, skont l-Artikolu 9, jew jekk tiġix ipproċessata data personali relatata ma' kundanni kriminali u reati, skont l-Artikolu 10;

(d)

il-konsegwenzi possibbli għas-suġġetti tad-data tal-ipproċessar ulterjuri maħsub;

(e)

l-eżistenza ta' salvagwardji xierqa, li jistgħu jinkludu kriptaġġ jew psewdonimizzazzjoni.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

• Premessa 10 Sabiex ikun żgurat livell konsistenti u għoli ta' protezzjoni tal-persuni fiżiċi u sabiex jitneħħew…
• Premessa 40 Sabiex l-ipproċessar ikun legali, id-data personali għandha tkun ipproċessata abbażi tal-kunsens tas-suġġett…
• Premessa 41 Fejn dan ir-Regolament jagħmel referenza għal bażi legali jew miżura leġiżlattiva, din mhux neċessarjament…
• Premessa 44 L-ipproċessar għandu jkun legali fejn ikun meħtieġ fil-kuntest ta' kuntratt jew tal-intenzjoni ta' dħul…
• Premessa 45 Fejn l-ipproċessar jitwettaq f'konformità ma' obbligu legali li għalih ikun soġġett il-kontrollur jew fejn…
• Premessa 46 L-ipproċessar tad-data personali għandu wkoll jitqies bħala legali fejn ikun meħtieġ biex jiġi protett…
• Premessa 47 L-interessi leġittimi ta' kontrollur inklużi dawk ta' kontrollur li lilu tista' tiġi żvelata d-data personali…
• Premessa 48 Kontrolluri li jkunu parti minn grupp ta' impriżi jew istituzzjonijiet affiljati ma' korp ċentrali jistgħu…
• Premessa 49 L-ipproċessar ta' data personali sal-punt li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat għall-finijiet li tiġi…
• Premessa 50 L-ipproċessar ta' data personali għal finijiet oħra minbarra dawk li għalihom id-data personali tkun inġabret…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)

• psewdonimizzazzjoni

(5)

“psewdonimizzazzjoni” tfisser l-ipproċessar ta' data personali b'tali mod li d-data personali ma tkunx tista' tibqa' tiġi attribwita għal suġġett tad-data speċifiku mingħajr l-użu ta' informazzjoni addizzjonali, dment li tali informazzjoni addizzjonali tinżamm separatament u tkun soġġetta għal miżuri tekniċi u organizzattivi biex jiġi żgurat li d-data personali ma tiġix attribwita għal persuna fiżika identifikata jew identifikabbli;

Article 4, point (5)

• kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)

• parti terza

(10)

“parti terza” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp għajr is-suġġett tad-data, il-kontrollur, il-proċessur u l-persuni li, taħt l-awtorità diretta tal-kontrollur jew tal-proċessur, ikunu awtorizzati li jipproċessaw id-data personali;

Article 4, point (10)

• kunsens

(11)

“kunsens” tas-suġġett tad-data tfisser kwalunkwe indikazzjoni tax-xewqat tas-suġġett tad-data mogħtija b'mod liberu, speċifika, infurmata u mhux ambigwa li permezz tagħha s-suġġett tad-data, permezz ta' dikjarazzjoni jew permezz ta' azzjoni affermattiva ċara, juri li jaqbel mal-ipproċessar ta' data personali relatata miegħu;

Article 4, point (11)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…