Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu II Artikolu 5

Artikolu 5 · Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta' data personali

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Bażijiet legali għall-ipproċessar, Trasparenza u informazzjoni

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Id-data personali għandha:

• tkun ipproċessata legalment, ġustament u b’mod trasparenti;
• tinġabar għal finijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u ma tiġix ipproċessata ulterjorment b’mod inkompatibbli magħhom;
• tkun adegwata, rilevanti u limitata għal dak li hu meħtieġ;
• tkun preċiża u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata;
• tinżamm f’forma identifikabbli għal mhux aktar żmien milli jkun meħtieġ; u
• tiġi pproċessata b’sigurtà xierqa.

L-ipproċessar ulterjuri għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika ma jitqiesx inkompatibbli, u d-data pproċessata biss għal dawk il-finijiet tista’ tinħażen għal aktar żmien, f’konformità mal-Artikolu 89(1) u, għall-ħażna, b’miżuri tekniċi u organizzattivi adatti.

Il-kontrollur huwa responsabbli għall-konformità u għandu jkun kapaċi juriha (“responsabbiltà”).

Il-prinċipji Sitt kaxxi għall-prinċipji tal-Artikolu 5(1): (a) legalità, ġustizzja u trasparenza; (b) limitazzjoni tal-fini, miġbura għal finijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessata ulterjorment b’mod inkompatibbli; (c) minimizzazzjoni tad-data, adegwata, rilevanti u limitata għal dak li hu meħtieġ; (d) preċiżjoni, preċiża u, fejn meħtieġ, miżmuma aġġornata; (e) limitazzjoni tal-ħażna, miżmuma f’forma identifikabbli għal mhux aktar żmien milli meħtieġ; (f) integrità u kunfidenzjalità, sigurtà xierqa. L-arkivjar fl-interess pubbliku, ir-riċerka u l-finijiet ta’ statistika għandhom il-konċessjonijiet tal-punti (b) u (e). Strixxa t’isfel turi l-kontrollur u r-responsabbiltà: il-kontrollur huwa responsabbli għall-konformità mal-punti (a) sa (f) u għandu jkun kapaċi juriha. (a) legalità, ġustizzja u trasparenza (b) limitazzjoni tal-fini (c) minimizzazzjoni tad-data (d) preċiżjoni (e) limitazzjoni tal-ħażna (f) integrità u kunfidenzjalità Kontrollur responsabbiltà: il-kontrollur huwa responsabbli għall-konformità mal-punti (a) sa (f) u kapaċi juriha

L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 5verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 5

Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta' data personali

1.

Id-data personali għandha:

(a)

tkun ipproċessata legalment, ġustament u b'mod trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data (“legalità, ġustizzja u trasparenza”);

(b)

tinġabar għal finijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u ma għandhiex tiġi pproċessata ulterjorment b'mod inkompatibbli ma' dawk il-finijiet; f'konformità mal-Artikolu 89(1), l-ipproċessar ulterjuri għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika ma għandux jitqies bħala inkompatibbli mal-finijiet inizjali (“limitazzjoni tal-fini”);

(c)

tkun adegwata, rilevanti, u limitata għal dak li hu meħtieġ b'rabta mal-finijiet li għalihom tkun qed tiġi pproċessata (“minimizzazzjoni tad-data”);

(d)

tkun preċiża u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li d-data personali li ma tkunx eżatta, b'kont meħud tal-għanijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tissewwa mingħajr dewmien (“preċiżjoni”);

(e)

tinżamm f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data personali tkun qed tiġi pproċessata; id-data personali tista' tinħażen għal perijodi itwal sakemm id-data personali tiġi pproċessata biss għall-finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għall-finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għall-finijiet ta' statistika f'konformità mal-Artikolu 89(1) soġġett għall-implimentazzjoni tal-miżuri tekniċi u organizzattivi adatti meħtieġa minn dan ir-Regolament sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data (“limitazzjoni tal-ħażna”);

(f)

tiġi pproċessata b'mod li jiżgura sigurtà xierqa tad-data personali, inkluża l-protezzjoni mill-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali, bl-użu ta' miżuri tekniċi jew organizzattivi xierqa (“integrità u kunfidenzjalità”).

2.
Il-kontrollur għandu jkun responsabbli għall-konformità mal-paragrafu 1 u jkun kapaċi juriha (“responsabbiltà”).

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

• Premessa 39 Kwalunkwe pproċessar ta' data personali għandu jkun legali u ġust. Għandu jkun trasparenti għall-persuni…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)

• ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)

• kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…