Premessa 48
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 48kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(48) |
Kontrolluri li jkunu parti minn grupp ta' impriżi jew istituzzjonijiet affiljati ma' korp ċentrali jistgħu jkollhom interess leġittimu fit-trażmissjoni ta' data personali fi ħdan il-grupp ta' impriżi għal finijiet amministrattivi interni, inkluż l-ipproċessar ta' data personali ta' klijenti jew impjegati. Il-prinċipji ġenerali għat-trasferiment ta' data personali, fi ħdan grupp ta' impriżi, lejn impriża li tinsab f'pajjiż terz jibqgħu mhumiex affettwati. |