Ir-Regolament ikopri l-ipproċessar awtomatizzat u l-ipproċessar f’sistema ta’ arkivjar, ħlief f’erba’ sitwazzjonijiet; għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, l-Artikolu 2(3) isemmi r-Regolament (KE) Nru 45/2001, li minn dak iż-żmien ġie sostitwit bir-Regolament (UE) 2018/1725.
Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' data personali kompletament jew parzjalment b'mezzi awtomatizzati, u għall-ipproċessar għajr b'mezzi awtomatizzati ta' data personali li tifforma parti minn sistema ta' arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta' arkivjar.
mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali, jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b'mod partikolari tar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta' fornituri ta' servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta' dik id-Direttiva.