Kapitolu I Artikolu 2
Artikolu 2 · Kamp ta' applikazzjoni materjali
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Kamp ta’ applikazzjoni u eżenzjonijiet
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ data personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, u għal ipproċessar ieħor ta’ data personali li tifforma parti, jew li tkun maħsuba li tifforma parti, minn sistema ta’ arkivjar.
Ma japplikax għall-ipproċessar:
- f’attività li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;
- mill-Istati Membri f’attivitajiet taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE;
- minn persuna fiżika f’attività purament personali jew fid-dar; jew
- mill-awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali.
L-Artikolu 2(3) jgħid li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplika għall-ipproċessar mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. Dak ir-Regolament ġie revokat b’effett mill-11 ta’ Diċembru 2018 mir-Regolament (UE) 2018/1725; ir-referenzi għalih jiġu interpretati bħala referenzi għar-Regolament (UE) 2018/1725 (l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) 2018/1725).
It-test tal-Artikolu 2verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni materjali
Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta' data personali:
matul attività li ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;
mill-Istati Membri meta jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE;
minn persuna fiżika waqt attività purament personali jew fid-dar;
mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali, jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 15 Sabiex il-ħolqien ta' riskju serju ta' ċirkomvenzjoni jiġi preventit, il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi…
- Premessa 16 Dan ir-Regolament ma japplikax għal kwistjonijiet ta' protezzjoni ta' drittijiet u libertajiet fundamentali…
- Premessa 17 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) japplika għall-ipproċessar ta' data…
- Premessa 18 Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta' data personali minn persuna fiżika matul attività…
- Premessa 19 Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali minn awtoritajiet kompetenti…
- Premessa 21 Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali
“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;
Article 4, point (1)
ipproċessar
“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;
Article 4, point (2)
sistema ta' arkivjar
“sistema ta' arkivjar” tfisser kwalunkwe sett strutturat ta' data personali li tkun aċċessibbli skont kriterji speċifiċi, sew jekk ċentralizzat, deċentralizzat jew mifrux fuq bażi funzjonali jew ġeografika;
Article 4, point (6)