Premessa 119
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 119kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(119) |
Fejn Stat Membru jistabbilixxi diversi awtoritajiet superviżorji, dan għandu jistabbilixxi bil-liġi, mekkaniżmi sabiex jiżgura l-parteċipazzjoni effettiva ta' dawk l-awtoritajiet superviżorji fil-mekkaniżmu ta' konsistenza. Dak l-Istat Membru għandu b'mod partikolari jaħtar l-awtorità superviżorja li sservi ta' punt ta' kuntatt uniku għall-parteċipazzjoni effettiva ta' dawk l-awtoritajiet fil-mekkaniżmu, sabiex jiżgura kooperazzjoni rapida u bla xkiel ma' awtoritajiet superviżorji oħrajn, mal-Bord. |