Premessa 120
Kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016. Il-verżjonijiet kollha
It-test tal-Premessa 120kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-4 ta’ Mejju 2016
|
(120) |
Kull awtorità superviżorja għandha tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani, bini u infrastruttura li jkunu meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħha, inklużi dawk relatati mal-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni ma' awtoritajiet superviżorji oħrajn fl-Unjoni kollha. Kull awtorità superviżorja għandu jkollha baġit annwali pubbliku separat, li jista' jagħmel parti mill-baġit globali tal-istat jew nazzjonali. |