Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu IV Taqsima 3 Artikolu 35

Artikolu 35 · Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Parti minn: Deċiżjonijiet awtomatizzati u tfassil tal-profil, Valutazzjonijiet tal-impatt, uffiċjali tal-protezzjoni tad-data, kodiċijiet u ċertifikazzjoni

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Fejn tip ta’ pproċessar, b’mod partikolari bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda, x’aktarx jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data qabel l-ipproċessar.

Hija meħtieġa b’mod partikolari għal:

  • evalwazzjoni sistematika u estensiva ta’ aspetti personali bbażata fuq ipproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil tal-profil, li fuqha jkunu bbażati deċiżjonijiet b’effetti legali jew effetti simili sinifikanti;
  • ipproċessar fuq skala kbira ta’ kategoriji speċjali ta’ data jew ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati; u
  • monitoraġġ sistematiku ta’ żona aċċessibbli għall-pubbliku fuq skala kbira.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jippubblikaw listi tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li jeħtieġu valutazzjoni.

Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data Jekk l-ipproċessar x’aktarx jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur iwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data qabel l-ipproċessar. Hija meħtieġa b’mod partikolari għal: evalwazzjoni sistematika u estensiva ta’ aspetti personali bbażata fuq ipproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil tal-profil, li fuqha jkunu bbażati deċiżjonijiet b’effetti legali jew effetti sinifikanti b’mod simili; ipproċessar fuq skala kbira ta’ kategoriji speċjali ta’ data, jew ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati; u monitoraġġ sistematiku fuq skala kbira ta’ żona aċċessibbli għall-pubbliku. jekk: ipproċessar li x’aktarx iwassal għal riskju għoli Kontrollur valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data qabel l-ipproċessar meħtieġa b’mod partikolari għal: evalwazzjoni sistematika u estensiva awtomatizzata, inkluż tfassil tal-profil, bħala bażi għal deċiżjonijiet b’effetti legali jew sinifikanti b’mod simili ipproċessar fuq skala kbira ta’ kategoriji speċjali ta’ data, jew data dwar kundanni kriminali u reati monitoraġġ sistematiku fuq skala kbira ta’ żona aċċessibbli għall-pubbliku

L-att fi stampi

It-test tal-Artikolu 35verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 35

Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data

1.  
Fejn tip ta' pproċessar, b'mod partikolari bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, u waqt li jittieħed kont tan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar, x'aktarx jirriżulta f'livell għoli ta' riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur għandu, qabel l-ipproċessar, iwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet ta' pproċessar previsti fuq il-protezzjoni tad-data personali. Valutazzjoni waħda tista' tindirizza sett ta' operazzjonijiet tal-ipproċessar simili li jippreżentaw riskji għolja simili.
2.  
Il-kontrollur għandu jfittex il-parir tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data, fejn ikun maħtur, meta jwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data.
3.  

Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha b'mod partikolari tkun meħtieġa fil-każ ta':

(a) 

evalwazzjoni sistematika u estensiva tal-aspetti personali relatati ma' persuni fiżiċi, li hija bbażata fuq l-ipproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil tal-profili, u li fuqhom huma bbażati deċiżjonijiet li jipproduċu effetti legali li jikkonċernaw lill-persuna fiżika jew li jaffettwaw b'mod sinifikanti b'mod simili lill-persuna fiżika;

(b) 

l-ipproċessar fuq skala kbira ta' kategoriji speċjali ta' data msemmija fl-Artikolu 9(1), jew ta' data personali relatata ma' kundanni kriminali u reati msemmija fl-Artikolu 10; jew

(c) 

il-monitoraġġ sistematiku ta' żona aċċessibbli għall-pubbliku fuq skala kbira.

4.  
L-awtorità superviżorja għandha tistabbilixxi u tippubblika lista tat-tipi ta' attivitajiet ta' pproċessar li huma soġġetti għat-talba ta' valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont il-paragrafu 1. L-awtorità superviżorja għandha tikkomunika dawk il-listi lill-Bord imsemmi fl-Artikolu 68.
5.  
L-awtorità superviżorja tista' wkoll tistabbilixxi u tippubblika lista tat-tipi ta' attivitajiet ta' pproċessar li għalihom ma tkun meħtieġa l-ebda valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data. L-awtorità superviżorja għandha tikkomunika dawn il-listi lill-Bord.
6.  
Qabel l-adozzjoni tal-listi msemmija fil-paragrafi 4 u 5, l-awtorità superviżorja kompetenti għandha tapplika l-mekkaniżmu ta' konsistenza msemmi fl-Artikolu 63 fejn tali listi jinvolvu attivitajiet ta' pproċessar li huma marbuta mal-offerta ta' oġġetti jew servizzi lis-suġġetti tad-data jew għall-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom f'diversi Stati Membri, jew li jista' jaffettwa sostanzjalment il-moviment ħieles tad-data personali fl-Unjoni.
7.  

Il-valutazzjoni għandha tinkludi minn tal-inqas:

(a) 

deskrizzjoni sistematika tal-operazzjonijiet ta' pproċessar previsti u l-iskopijiet tal-ipproċessar, inkluż fejn applikabbli l-interess leġittimu mfittex mill-kontrollur;

(b) 

valutazzjoni tal-bżonn u l-proporzjonalità tal-operazzjonijiet ta' pproċessar b'rabta mal-iskopijiet;

(c) 

valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 1; u

(d) 

il-miżuri previsti biex jindirizzaw ir-riskji, inkluż is-salvagwardji, miżuri ta' sigurtà u mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta' data personali u li juru l-konformità ma' dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data u persuni oħrajn ikkonċernati.

8.  
Il-konformità ma' kodiċi ta' kondotta approvati msemmija fl-Artikolu 40 mill-kontrolluri jew proċessuri rilevanti għandu jittieħed kont tagħhom fil-valutazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet ta' pproċessar imwettqa minn tali kontrolluri jew proċessuri, b'mod partikolari għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data.
9.  
Fejn xieraq, il-kontrollur għandu jfittex il-fehmiet tas-suġġetti tad-data jew tar-rappreżentanti tagħhom dwar l-ipproċessar maħsub, mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni ta' interessi kummerċjali jew pubbliċi jew għas-sigurtà tal-attivitajiet ta' pproċessar.
10.  
Fejn l-ipproċessar skont il-punt (c) jew (e) tal-Artikolu 6(1) ikollu bażi legali fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istat Membru li l-kontrollur huwa suġġett għaliha, u dik il-liġi tirregola l-operazzjoni jew is-sett ta' operazzjonijiet ta' pproċessar speċifiċi inkwistjoni, u tkun diġà ġiet imwettqa valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data bħala parti minn valutazzjoni tal-impatt ġenerali fil-kuntest tal-adozzjoni ta' dik il-bażi legali, il-paragrafi 1 sa 3 ma għandhomx japplikaw sakemm l-Istati Membri ma jqisux li jkun meħtieġ li ssir tali valutazzjoni qabel l-attivitajiet tal-ipproċessar.
11.  
Fejn meħtieġ, il-kontrollur għandu jwettaq rieżami biex jevalwa jekk l-ipproċessar ikunx qed isir f'konformità mal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mill-inqas meta jkun hemm bidla fir-riskju mill-operazzjonijiet ta' pproċessar.

Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu

  • Premessa 84 Sabiex tissaħħaħ il-konformità ma' dan ir-Regolament fejn l-attivitajiet ta' pproċessar x'aktarx li…
  • Premessa 89 Id-Direttiva 95/46/KE pprevediet obbligu ġenerali biex jiġi nnotifikat l-ipproċessar tad-data personali…
  • Premessa 90 F'tali każijiet, għandha ssir valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mill-kontrollur qabel…
  • Premessa 91 Dan għandu b'mod partikolari japplika għal operazzjonijiet ta' pproċessar fuq skala kbira li huma maħsuba…
  • Premessa 92 Hemm ċirkostanzi li taħthom jista' jkun raġonevoli u ekonomiku li s-suġġett ta' valutazzjoni tal-impatt fuq…
  • Premessa 93 Fil-kuntest tal-adozzjoni tal-liġi ta' Stat Membru li fuqha jkun ibbażat it-twettiq tal-kompiti tal-awtorità…

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

  • data personali

    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

    Article 4, point (1)

  • suġġett tad-data

    “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

    Article 4, point (1)

  • ipproċessar

    “ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

    Article 4, point (2)

  • tfassil tal-profil

    “tfassil tal-profil” tfisser kwalunkwe forma ta' pproċessar awtomatizzat ta' data personali li jikkonsisti fl-użu ta' data personali biex jiġu evalwati ċerti aspetti personali relatati ma' persuna fiżika, b'mod partikolari biex jiġu analizzati jew imbassra aspetti rigward il-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-interessi, l-affidabbiltà, l-imġiba, il-lokalizzazzjoni jew il-movimenti ta' dik il-persuna fiżika;

    Article 4, point (4)

  • kontrollur

    “kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

    Article 4, point (7)

  • proċessur

    “proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

    Article 4, point (8)

  • rappreżentant

    “rappreżentant” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li, maħtura bil-miktub mill-kontrollur jew mill-proċessur skont l-Artikolu 27, tirrappreżenta l-kontrollur jew il-proċessur fir-rigward tal-obbligi rispettivi skont dan ir-Regolament;

    Article 4, point (17)

  • awtorità superviżorja

    “awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

    Article 4, point (21)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…