Kapitolu IV Taqsima 3 Artikolu 36
Artikolu 36 · Konsultazzjoni minn qabel
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Valutazzjonijiet tal-impatt, uffiċjali tal-protezzjoni tad-data, kodiċijiet u ċertifikazzjoni
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Il-kontrollur għandu jikkonsulta lill-awtorità superviżorja qabel l-ipproċessar fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 35 tindika li l-ipproċessar ikun jirriżulta f’riskju għoli fin-nuqqas ta’ miżuri meħuda mill-kontrollur biex jittaffa r-riskju.
Jekk l-awtorità tqis li l-ipproċessar ikun jikser ir-Regolament, hija għandha tagħti parir bil-miktub f’perjodu sa tmien ġimgħat minn meta tirċievi t-talba, perjodu li jista’ jiġi estiż b’sitt ġimgħat għal ipproċessar kumpless, u tista’ tuża s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 58.
Il-liġi ta’ Stat Membru tista’ teħtieġ ukoll konsultazzjoni minn qabel u awtorizzazzjoni għal ipproċessar għal kompitu mwettaq fl-interess pubbliku.
It-test tal-Artikolu 36verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 36
Konsultazzjoni minn qabel
Meta jikkonsulta lill-awtorità superviżorja skont il-paragrafu 1, il-kontrollur għandu jipprovdi lill-awtorità superviżorja
fejn applikabbli, bir-responsabbiltajiet rispettivi ta' kontrollur, kontrolluri u proċessuri konġunti involuti fl-ipproċessar, b'mod partikolari għall-ipproċessar fi ħdan grupp ta' impriżi;
bil-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar maħsub;
bil-miżuri u s-salvagwardji previsti biex jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data skont dan ir-Regolament;
fejn applikabbli, bid-dettalji tal-kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data;
bil-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data prevista fl-Artikolu 35; u
bi kwalunkwe informazzjoni oħra mitluba mill-awtorità superviżorja.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 84 Sabiex tissaħħaħ il-konformità ma' dan ir-Regolament fejn l-attivitajiet ta' pproċessar x'aktarx li…
- Premessa 94 Fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data tindika li l-ipproċessar ikun jirriżulta, fin-nuqqas…
- Premessa 96 Għandha ssir ukoll konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja matul it-tħejjija ta' miżura leġiżlattiva jew…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)
kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)
proċessur

(8)

“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

Article 4, point (8)
impriża

(18)

“impriża” tfisser persuna fiżika jew ġuridika involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha, inkluż sħubiji jew assoċjazzjonijiet regolarment involuti f'attività ekonomika;

Article 4, point (18)
grupp ta' impriżi

(19)

“grupp ta' impriżi” tfisser impriża li tikkontrolla u l-impriżi kkontrollati minnha;

Article 4, point (19)
awtorità superviżorja

(21)

“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

Article 4, point (21)