Kapitolu IV Taqsima 4 Artikolu 37
Artikolu 37 · Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Valutazzjonijiet tal-impatt, uffiċjali tal-protezzjoni tad-data, kodiċijiet u ċertifikazzjoni
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fejn:
- l-ipproċessar isir minn awtorità jew korp pubbliku (ħlief qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom);
- l-attivitajiet ewlenin tagħhom jikkonsistu f’operazzjonijiet ta’ pproċessar li jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku tas-suġġetti tad-data fuq skala kbira; jew
- l-attivitajiet ewlenin tagħhom jikkonsistu f’ipproċessar fuq skala kbira ta’ kategoriji speċjali ta’ data jew ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati.
F’każijiet oħra jistgħu jaħtru wieħed, u għandhom jagħmlu dan fejn il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru teħtieġ dan.
Il-punt (c) tal-paragrafu 1 jaqra “jew” kif ikkoreġut bir-rettifika tat-23 ta’ Mejju 2018 (ĠU L 127, p. 2); it-test kif ippubblikat għall-ewwel darba fil-Ġurnal Uffiċjali kien jaqra “u”.
It-test tal-Artikolu 37verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 37
Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data
Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fi kwalunkwe każ fejn:
l-ipproċessar isir minn awtorità jew korp pubbliku, ħlief għal qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom;
l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f'operazzjonijiet ta' pproċessar li, minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku tas-suġġetti tad-data fuq skala kbira; jew
l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f’ipproċessar fuq skala kbira ta’ kategoriji speċjali ta’ data skont l-Artikolu 9 jew ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati msemmija fl-Artikolu 10.
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 97 Fejn l-ipproċessar jitwettaq minn awtorità pubblika, minbarra l-qrati jew l-awtoritajiet ġudizzjarji…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
suġġett tad-data

(1)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

Article 4, point (1)
ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)
kontrollur

(7)

“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

Article 4, point (7)
proċessur

(8)

“proċessur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f'isem il-kontrollur;

Article 4, point (8)
impriża

(18)

“impriża” tfisser persuna fiżika jew ġuridika involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha, inkluż sħubiji jew assoċjazzjonijiet regolarment involuti f'attività ekonomika;

Article 4, point (18)
grupp ta' impriżi

(19)

“grupp ta' impriżi” tfisser impriża li tikkontrolla u l-impriżi kkontrollati minnha;

Article 4, point (19)
awtorità superviżorja

(21)

“awtorità superviżorja” tfisser awtorità pubblika indipendenti li tiġi stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 51;

Article 4, point (21)