Aqbeż għall-kontenut
Eureka Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
MT lingwa

Kapitolu VII Taqsima 3 Artikolu 71

Artikolu 71 · Rapporti

Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader

Iftaħ fir-Reader

Fil-qosorSommarju ta' Eureka

Il-Bord għandu jfassal rapport annwali dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar fl-Unjoni u, fejn rilevanti, f’pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Ir-rapport isir pubbliku u jiġi trażmess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Huwa jinkludi rieżami tal-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, tar-rakkomandazzjonijiet u tal-aħjar prattiki tal-Bord u tad-deċiżjonijiet vinkolanti tiegħu skont l-Artikolu 65.

It-test tal-Artikolu 71verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016

Artikolu 71

Rapporti

1.
Il-Bord għandu jfassal rapport annwali dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar fl-Unjoni u, fejn rilevanti, f'pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat u jiġi trażmess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
2.
Ir-rapport annwali għandu jinkludi rieżami tal-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punt (l) tal-Artikolu 70(1) kif ukoll tad-deċiżjonijiet vinkolanti msemmija fl-Artikolu 65.

Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn

• ipproċessar

(2)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

Article 4, point (2)

• organizzazzjoni internazzjonali

(26)

“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni u l-korpi subordinati tagħha rregolati mid-dritt internazzjonali pubbliku jew kwalunkwe korp ieħor li jiġi stabbilit bi ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar, jew abbażi tiegħu.

Article 4, point (26)

Aktar fir-Reader ta’ Eureka

Eureka qed iżżid links u definizzjonijiet…