Kapitolu II Artikolu 7
Artikolu 7 · Kondizzjonijiet għal kunsens
Verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016: it-test bil-korrezzjonijiet inkorporati. Il-verżjonijiet kollha · It-test oriġinali fir-Reader
Parti minn: Kunsens
Fil-qosorSommarju ta' Eureka
Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens, il-kontrollur għandu jkun kapaċi juri li s-suġġett tad-data ta l-kunsens.
Talba għal kunsens f’dikjarazzjoni bil-miktub li tikkonċerna wkoll kwistjonijiet oħra għandha tkun distinta b’mod ċar, f’forma li tinftiehem u faċilment aċċessibbli u b’lingwaġġ ċar u sempliċi.
Is-suġġett tad-data jista’ jirtira l-kunsens fi kwalunkwe ħin, bl-istess faċilità li biha ngħata, mingħajr ma jintlaqat l-ipproċessar ta’ qabel, u għandu jiġi infurmat b’dan minn qabel.
Meta jiġi vvalutat jekk il-kunsens ingħatax liberament, jittieħed kont bl-akbar reqqa, fost l-oħrajn, ta’ jekk it-twettiq ta’ kuntratt, inkluż il-forniment ta’ servizz, huwiex kondizzjonali fuq kunsens għal ipproċessar li mhux meħtieġ għal dak il-kuntratt.
It-test tal-Artikolu 7verżjoni konsolidata tal-4 ta’ Mejju 2016
Artikolu 7
Kondizzjonijiet għal kunsens
Premessi li jispjegaw dan l-Artikolu
- Premessa 32 Il-kunsens għandu jingħata b'att affermattiv ċar li jistabbilixxi indikazzjoni mogħtija liberament…
- Premessa 42 Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jkun jista' juri li…
- Premessa 43 Sabiex jiġi żgurat l-għoti ta' kunsens b'mod liberu, il-kunsens ma għandux jipprovdi raġuni legali valida…
Termini definiti f’dan l-att li jintużaw hawn
data personali
“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;
Article 4, point (1)
suġġett tad-data
“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”); persuna fiżika identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal mezz ta' identifikazzjoni bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data ta' lokalizzazzjoni, identifikatur online jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;
Article 4, point (1)
ipproċessar
“ipproċessar” tfisser kwalunkwe attività jew sett ta' attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, sew jekk b'mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;
Article 4, point (2)
kontrollur
“kontrollur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' data personali; fejn l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tiegħu jistgħu jiġu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;
Article 4, point (7)
kunsens
“kunsens” tas-suġġett tad-data tfisser kwalunkwe indikazzjoni tax-xewqat tas-suġġett tad-data mogħtija b'mod liberu, speċifika, infurmata u mhux ambigwa li permezz tagħha s-suġġett tad-data, permezz ta' dikjarazzjoni jew permezz ta' azzjoni affermattiva ċara, juri li jaqbel mal-ipproċessar ta' data personali relatata miegħu;
Article 4, point (11)